Sport Sport Ieħor

Hubert Hurkacz jirbaħ l-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

Hubert Hurkacz rebħa l-Open ta’ Miami meta fil-finali għeleb l-isfida taż-żgħażugħ Jannik Sinner 7-6 6-4. Sinner ta’ 19-il sena sar l-aktar tennisita żgħażugħ li wasal sa finali ta’ tournament tat-tennist.

Barty tirbaħ l-Open ta’ Miami

In-numru wiwħed tad-dinja Ash Barty, rebħet għat-tieni darba konsekuttiva l-Open ta’ Miami meta fil-final tas-sibt filgħaxija għelbet lil Bianca Andreescu 6-3, 4-0, bil-Kanadiża jkollha tirtira fit-tieni set minħabba li weġġgħet.Andreescu temmet din il-finali tibki bl-uġiegħ minkejja lisforzi tagħha biex hi tkompli tilgħab, iżda finalment ħadet il-parir tat-trainer tagħha u waqfet biex ma tkomplix tagħmel ħsara.Fi tmiem il-logħba Barty qalet li verament jiddispjaċiha għal Andreescu li fil-passat kelleha serje ta’ injuries li xekklu sew il-karriera tagħha.Andreescu kienet qed tirritorna għall-ewwel darba fl-Amerika wara s-suċċess li kellha fl-Open tal-Istati Uniti fl-2019. Bejn problemi fiżiċi u l-pandemija, Bianca Andreescu prattikament ma ħadet sehem fl-ebda turnament is-sena l-oħra.

Minkejja li għal Barty dan kien it-tieni suċċess konsekuttiv f’Miami, l-aħħar suċċess tagħha kien sentejn ilu għaliex is-sena l-oħra l-Open ta’ Miami kien wieħed mit-turnaments li spiċċa vittma tal-pandemija u kien ikkanċellat.Barty b’hekk saret is-sitt tennista fl-istorja ta’ dan it-turnament li rebħithu għal sentejn konsekuttivi, wara s-suċċessi miksuba minn Steffi Graf, Monica Seles, Arantxa Sanchez-Vicario, u l-aħwa Venus u Serena Williams.Barty kienet viċin li tkun eliminata fl-ewwel rawnd kontra Kristina Kucova, iżda wara sabet l-aqwa tagħha biex rebħet dan it-turnament u issa tħares ‘l quddiem lejn it-turnaments fuq it-tafal fl-ewropa.Minkejja li l-Open ta’ Miami reġa’ ntlagħab wara nuqqas ta’ sena, kien hemm diversi miżuri minħabba l-pandemija fejn fost l-oħrajn l-aċċess għall-ispettaturi kien wieħed limitat għal 750 persuna għal kull logħba.L-effett negattiv tal-pandemija inħass ukoll anki fuq l-ammont ta’ premjijiet, fejn minħabba n-nuqqas sfurzat ta’ attendenza, kif ukoll tnaqqis sostanzjali fi sponsors, Barty kellha biss premju ta’ 300 elf dollaru għas-suċċess tagħha, kontra s-somma ta’ 1.35 miljun dollaru miksuba sentejn ilu għall-istess suċċess.