Il-finali tal-Carabao Cup bejn Tottenham u Manchester City se tkun qed tintlagħab quddiem 8,000 spettatur hekk kif se tkun qed tintuża bħala proġett pilota għar-ritorn tal-partitarji fl-istadiums.
Ammont ta’ biljetti se jkunu allokati għaż-żewġ timijiet. Dan se jseħħ wara li fl-aħħar ġimgħat fl-Ingilterra bdew jiġu rilaxxati għadd ta’ miżuri. Fit-18 ta’ April, fis-semifinali tal-FA Cup bejn Leicester u Southampton, se jitħallew jidħlu 4,000 partitarju fejn ser issir prova tal-passaport tal-COVID fejn se jiddentifika jekk persuna ħaditx il-vaċċin jew jekk persuna rriżultatx negattiv għall-COVID ftit siegħat qabel.
//= $special ?>