Sport Sport Ieħor

Kasper Asgreen jirbaħ it-Tour tal-Flanders

(Ritratt: EPA)

Id-Daniż Kasper Asgreen wettaq sprint rebbieħ fl-aħħar 250 metru biex reaħ waħda mit-tlielaq klassiċi fil-kalendarju internazzjonali taċ-ċikliżmu, it-Tour tal-Flanders.

Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra l-Olandiż Mathieu Van der Poel kien għal ħin mit-tellieqa fuq quddiem u deher riseaq għal rebħa oħra iżda fl-aħħar kilometru Asgreen beda jżid ir-ritmu tiegħu u fl-aħħar metri għamel l-attakk deċiżiv li kien dak rebbieħ

Asgreen għamel id-distanza ta’ 254 kilometru fi ftit iktyar minn sitt sigħat biex sar l-ewwel Daniż sa mill-1997 li jirbaħ din il-klassika. L-aħħar Daniż kien Ralf Sorensen 24 sena ilu.

Żewġ ċiklisti kienu skwalifikati wara inċident li seħħ bejniethom fl-ewwel siegħa tat-tellieqa fejn kien hemm kuntat bejn Yevgenyi fedorov tal-Każakstan u l-Belġjan Otto Vergaerde.

Din it-tellieqa saret l-ewwel darba fl-1913 u hi magħrufa wkoll bl-isem De Ronde u ssir fir-reġjun Fjamming ta’ Ardennes. Din hi waħda mill-ħames klassiċi fil-kalendarju taċ-ċikliżmu, bl-erbgħa l-oħra jkunu l-Milano-San Remo, Pariġi-Roubaix, Liege-Bastogne-Liege u l-Giro tal-Lombardia.

Il-klassika tal-bieraħ hi karatterizzata b’diversi għoljiet qosra iżda ferm impenjattivi u partijiet minnha huma wkoll toroq biċ-ċagħaq li jagħmluha iktar diffiċli għaċ0ċiklisti. Korsa simili hi l-klassika Pariġi-Roubaix li wkoll gġandha partijiet twal fuq toroq biċ-ċagħaq. Il-Pariġi-Roubaix ta’ din is-sena suppost kellha ssir il-Ħadd li ġej, iżda kienet posposta għal Ottubru minħabba l-pandemija.