Lokali

L-Arċisqof jfakkarna li “Kristu mhux se jabbandunana”

Ritratt: Kurja

Madwar id-dinja tfakkret l-akbar festa tal-Insara – il-Qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.

Il-knejjes kollha, inkluż dawk f’Malta u Għawdex, minn kmieni filgħodu sebħu bid-daqq melodjuż tal-qniepen li fakkruna fiċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir. B’Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna iwassal il-funzjoni tal-Għid mill-Katidral tal-Imdina.

Hu insista li Kristu mhux se jabbandunana f’dan iż-żmien diffiċli filwaqt li kompla billi wassal messaġġ ta’ tama għat-tieni Għid li qed jiġi ċċelebrat f’nofs ta’ pandemija.