Internazzjonali

L-Indoneżja: Jiċċelebraw l-Għid taħt sigurtà kbira

Il-Kristjani fl-Indoneżja ċċelebraw l-Għid il-Kbir taħt sigurtà intensiva, bil-qawwiet tas-sigurtà jħarsu sitwazzjoni ta’ allert assoluta minħabba l-possibbiltà ta’ attakki terroristiċi ġodda.

Dan waqt li l-pulizija u militar armati sa snienhom kienu preżenti fil-knejjes u l-madwar fejn saru ċ-ċelebrazzjonijet tal-Għid tradizzjonali.

Il-maġġoranza assoluta tal-Indoneżjani huma Musulmani waqt li l-Kristjani jiffurmaw għaxra fil-mija biss ta’ dan il-poplu.

Fl-Indoneżja, fl-aħħar snin saru numru ta’  attakki mill-militanti Iżlamiċi u t-tensjoni ma naqsitx minn Ħadd il-Palm — meta żewġ terroristi wettqu splużjoni suwiċida fl-inħawi ta’ knisja fil-belt ta’ Makassar (fil-Gżira ta’ Sulawesi) u li fiha ndarbu numru ta’ persuni.