Raġel ta’ 31 sena mwieled in-Nepal weġġa’ gravi wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.30p.m. fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura meta għal xi raġuni, ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Peugeot Tweet bil-konsegwenza li waqa’.
Il-Pulizija u tim mediku marru fuq il-post. Ir-raġel ittieħed l-Isptar b’ambulanza fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>