Futbol Sport

Real Sociedad jegħlbu lil Athletic Bilbao fil-finali tal-Copa del Rey

(Ritratt: EPA)

Real Sociedad rebħu l-ewwel trofew wara 34 sena meta fil-finali tal-Copa del Rey għelbu lil Athletic Bilbao 1-0. Din kienet il-finali tal-istaġun li għadda.

Il-gowl deċiżiv tal-partita wasal fit-63 minuta meta Inigo Martinez waqqa lil Cristian Portu fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. MIKE OYARZABAL minn ħdax-il metru ma żbaljax biex ta rebħa lil Sociedad.

Intant Atheltic Bilbao jinsabu fiċ-ċans li jirbħu l-Copa del Rey dan l-istaġun ukoll hekk kif fil-finali jilgħabu kontra Barcelona fis-17 ta’ April.