Lokali

Tirtira l-kandidatura tagħha mill-Partit Laburista

"Meta t-triq li dhalt fiha qed twassal ghal mewt tal-principji tieghek, dur lura"

“Meta t-triq li dħalt fiha qed twassal għall-mewt tal-prinċipji tiegħek, dur lura w emmen fik innifsek…ankè jekk tibqa’ mixja waħdek”

Hekk sostniet l-avukat Lynn Faure Chircop wara li dalgħodu ħabbret illi rtirat il-kandidatura tagħha mal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Hi ħabbret dan permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali.

Lynn Faure Chircop qalet li hi ħadet din id-deċiżjoni għaliex skont hi “kienet l-aħjar ħaġa li kellha tagħmel.”