Coronavirus Lokali Saħħa

1,880 multa fuq ksur ta’ regoli tal-COVID-19

Hekk kif issa l-pulizija jistgħu jidħlu fi djar residenzjali biex jaraw li r-regoli tal-COVID-19 qed jinżammu, 172 persuna ġew immultati għax kisru r-regoli ta’ kemm jistgħu jinġabru perusni minn households differenti f’residenza. Dan meta l-uffiċjali inkarigati mill-infurzar tal-miżuri tal-COVID-19 ħarġu 1,880 multa f’ġimgħa waħda.

L-iktar li ngħataw multi kien b’rabta ma’ nuqqas ta’ lbies tal-maskri fejn inħarġu total ta’ 1,222 multa. Inħarġu wkoll 473 multa għal persuni li kienu fi gruppi ta’ aktar minn tnejn.