Ilbieraħ waqt il-partita minn La Lige bejn Valencia u Cadiz, il-player ta’ Valencia Mouctar Diakhaby kien allegatament attakkat b’mod razzjali mill-player Juan Cala ta’ Cadiz.
Il-players ta’ Valencia, b’appoġġ lejn seħibhom fit-tim ħarġu mill-ground bħala sinjal ta’ protesta, bl-istess Diakhaby wara jitlob lil sħabu jirritornaw fil-ground biex ikomplu l-partita.
Id-difensur ta’ Valencia Jose Gaya qal li t-tim kellu jirritorna fil-ground biex titkompla l-logħba għaliex kienu se jirriskjaw li jkollhom tnaqqis fil-punti. Il-partita ntemmet bl-iskor ta’ 2-1 favur Cadiz.
B’reazzjoni għal dan l-La Liga qalu li jikkundanaw kull forma ta’ razzismu u kienu se jinvestigaw il-każ mal-klabbs u r-referees tal-partita sabiex jipproteġu l-valuri u r-rispett fil-futbol Spanjol.
//= $special ?>