Ambjent Lokali

Appell ċar lill-Gvern biex isolvi l-problema fil-pitkalija

Issokta l-appell għall-għaqda mill-Fondazzjoni MaYA hekk kif il-konflitt fil-pitkalija għadu fis-seħħ. B’appell ċar lill-Gvern biex jagħmel minn kollox biex isolvi din il-problema, b’referenza lejn il-Ministeru mmexxi minn Anton Refalo.

Mill-ġdid il-Fondazzjoni appellat biex mill-aktar fis jintlaħaq kompromess bejn il-partijiet kollha konċernati.

Hija appellat ukoll biex il-hawkers u l-ħwienet tal-ħaxix ma jieħdux vantaġġ mis-sitwazzjoni u jpoġġu lill-prodott Malti f’riskju.