Sport Sport Ieħor

Cambridge jibqgħu jiddominaw b’rebħa fuq Oxford

Cambridge baqgħu jiddominaw it-tellieqa klassika kontra Oxford meta rebħu kemm il-kategorija tal-irġiel u kemm tan-nisa.

Fl-ewwel konfront il-crew tan-nisa fil-75 edizzjoni, kiseb ir-raba’ rebħa konsekuttiva b’distakk ta’ anqas minn tul ta’ dgħajsa.

It-tieni suċċess wasal mill-crew tal-irġiel li b’distakk simili rebħu il-166 edizzjoni tat-tellieqa li minħabba l-pandemija tal-Coronavirus, mill-korsa tradizzjonali fix-xmara Thamas fil-qalba ta’ Londra saret f’ Ely f’Cambridge. Kienet it-tielet rebħa konsekuttiva għal Cambridge.

Id-djuq tax-xmara Great Ouse wasslet wkoll għal mument ta’ drama bl-ewwel umpire mara fl-istorja tat-tellieqa Sarah Winckless wissiet kemm il-darba lil cox ta’ Cambridge Charlie Marcus biex ibiddel is-sekwenza tal-crew minħabba ħbit tal-imqadef waqt il-qadfa.

L-istess Charlie Marcus ikkummenta li kien biss fl-aħħar metri li rrealizza li l-crew tiegħu kienu fetħu vantaġġ minimu li żammew sat-tmiem.