Fi 8 snin ta’ Gvern Laburista smajna bi skandlu wara l-ieħor – skandli li dwarhom qatt ma saret apoloġija pubblika mill-Prim Ministru Robert Abela.
Fost lista twila ta’ aħbarijiet xokkanti, iktar riċenti, wieħed isib l-allegazzjonijiet serji li qed joħorġu fil-Qorti b’rabta ma’ Ministru preżenti tal-Labour u eks Ministru – it-tnejn, dejjem skont dak li qed jghid il-Koħħu, involuti fil-kriminalità.
Dan filwaqt illi sirna nafu li l-kumpanija Macbridge hija taċ-Ċiniżi li innegozjaw il-bejgħ tal-Enemalta – skandlu li kompla wkoll jitfa’ dawl akbar fuq l-iskandlu tal-windfarms tal-Montenegro.
Dan fost aħbarijiet ma jaqtgħu xejn dwar l-eks Chief of Staff ta’ Kastilja Keith Schembri – li dwaru hemm biżżejjed provi prima-face.
Dwar dan kollu – skiet assolut minn Robert Abela.
Sa issa, ebda apologija mill-Prim Ministru. Għalkemm id-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef jaħsibha mod iehor u bħal donnu lest jiskuza ruħu man-nies – pożizzjoni kompletament l-oppost ta’ dik li qed jieħu Robert Abela.
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Labursta kien mistoqsi wkoll dwar E-grant u x’investigazzjoni għamel il-Partit Laburista dwar din il-kumpanija sigrieta. Daniel Micallef saħaq li l-Labour m’għandux il-mezzi biex jinvestiga dawn l-affarijiet.
Intant, waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, staqsejna lill-President tan-Nisa Laburisti Nikita Zammit Alamango x’taħseb dwar il-fatt li l-Avukat Lynn Faure Chircop irtirat il-kandidatura tagħha mal-Lejber u jekk hemmx aktar kandidati li qed jerġgħu jaħsubha mill-ġdid. Nikita Zammit Alamango qalet li kulħadd għandu d-dritt li jagħmel dak li għamlet Lynn Faure Chircop għaliex “jista’ jkun li xi ħadd jidħol għal xi ħaġa u ma jkunx jaf għal xiex dieħel.”
//= $special ?>