Futbol Sport

Erling Haaland jasal f’Manchester

Erling Haaland flimkien ma’ sħabu tat-tim ta’ Borussia Dortmund waslu f’Manchester fejn għada se jkunu qed jilgħabu fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League kontra Manchester City.

Fl-aħħar jiem komplew jikbru l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Haaland hekk kif l-aġent tiegħu Mino Raiola u missieru fl-aħħar jiem żammew diskussjonijiet ma’ Barcelona u Real Madrid.

Jidher li Haaland flimkien mal-aġent tiegħu se jużaw dan il-perjodu f’Manchester biex iżommu diskussjonijiet mat-timijiet ta’ Manchester, jiġifieri ma’ Manchester United u Manchester City.

Manchester City se jkunu qed ifitxxu attakkant hekk kif aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, Sergio Aguero ħabbar li se jħalli lit-tim ta’ Pep Guardiola fi tmiem l-istaġun b’Manchester United ukoll qed ifitxxu attakkant hekk kif l-esperjenza ta’ Edinson Cavani f’Old Trafford tintemm f’Mejju li ġej.