Lokali

“Għandha tintalab apoloġija minn min inqeda mill-Partit Laburista biex iħaxxen butu” – Maria Camilleri

“Għandha tintalab apoloġija minn kull min inqeda bil-PL għall-finijiet ta’ moħħu, biex jibni imperu u jħaxxen butu! SHAME!”

Din hija waħda mill-aħħar talbiet li saret pubblikament fuq Facebook minn esponent Laburista, eks Membru Parlamenteri f’isem il-PL, Maria Camilleri. Indikazzjoni ċara li l-aħħar żviluppi żvelati qed jurtaw lil għadd ta’ partitarji Laburista.

Ilbieraħ il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca talbet lil-Lejber jagħmel apoloġija permezz ta’ artiklu miktub minnha stess għall-gazzetta MaltaToday, fejn insistiet li l-Partit li kienet tagħmel parti minnu għandu jiskużu ruħu mhux biss mal-partitarji tiegħu, iżda wisq aktar mal-pajjiż.

Fl-aħħar sigħat ukoll ġie mħabbar li Lynn Faure Chircop irtirat il-kandidatura tagħha mal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Hija qalet li “meta t-triq li dħalt fiha qed twassal għall-mewt tal-prinċipji tiegħek, dur lura u emmen fik innifsek anki jekk tibqa’ mixja waħdek”.