Internazzjonali

Indoneżja-Timor tal-Lvant: Mejtin fost l-għargħar u l-valangi

Mietu ‘il fuq minn 100 persuna fost għargħar għall-għarrieda u sensiela ta’ valangi tal-art fl-Indoneżja u Timor tal-Lvant.

Il-pajjiżi ġirien, li jinsabu fix-Xlokk tal-Asja, ġarrbu qerda straordinarja b’kaġun tax-xita li mhi qed taqta’ xejn, u meta diversi zoni qed ifuru bl-ilma li ħiereġ mid-digi mifqugħin.

F’din is-sitwazzjoni, eluf ta’ djar spiċċaw mgħarrqin u ċ-ċifra tal-vittmi mistennija titla sew fis-sigħat li ġejjin.

Iz-zona li spiċċat f’din is-sitwazzjoni katastrofika twassal mill-gżira ta’ Flores, fil-Lvant tal-Indoneżja, sa Timor tal-Lvant. Intant, fl-Indoneżja biss mietu talanqas 80 persuna, b’għexieren oħra għadhom irrappurtati bħala neqsin.