Internazzjonali

Iżrael: Netanyahu akkużat b’ li ‘ uża l-poter għall-gwadann personali’

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu — li bħalissa qed ikun proċessat bil-qorti dwar każ ta’ korruzzjoni — spiċċa mixli b’li għamel ‘użu illeġittimu’ tal-poter u li hu implimenta politika  li kienet tibbaża fuq il-favuri .

Il-prosekutur li indirizza l-qorti f’Ġerusalemm qal li Netanyahu kien avviċina lis-sidien tal-entitajiet tal-media ewlenin f’Iżrael ‘bl-iskop ta’ gwadann personali’ u li din l-imġieba tmur kontra l-kunċett ta’ kif politiku għandu jġib ruħu.

Netanyahu qed jiċħad li abbuża mill-pożizzjoni tiegħu u meta bħalissa, il-Prim Ministru Iżraeljan, Reuven Rivlin, qed jiltaqa’ mal-parlamentari biex isir jaf min iridu li jifforma l-Gvern Iżraeljan li jmiss wara l-elezzjoni ġenerali tax-xahar li għadda.  

L-elezzjoni naqset milli tirrisolvi perjodu twil ta’ staġnar politiku u meta ħadd fost il-grupp politiku tal-lemin ta’ Netanyahu u l-partiti ta’ kontra ma rnexxielhom jiksbu maġġoranza.