Lokali Qorti

Jammetti serqa minn ħanut f’Ħal Tarxien

Żagħażugħ ta’ 20 sena ammetta fil-Qorti li kien hu li wettaq serqa minn ħanut f’Raħal Ġdid. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, huwa ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet sakemm tingħata is-sentenza.

Il-Qorti mistennija tqis il-fatt li l-akkużat għandu diversi problemi. Is-serqa ta’ oġġetti tammonta għal eluf ta’ ewro. Kienu l-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid li arrestaw lil-ġuvni, b’rabta ma’ serqa li seħħet fit-23 ta’ Marzu li għadda minn ħanut fi Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien. 

Il-Pulizija kienet informata dwar din is-serqa għall-ħabta tat-7.45 a.m. u marru immedjatament fuq il-post. Huwa kien arrestat fir-residenza tiegħu u minn tfittxija li saret instabu l-oġġetti li kienu rrapurtati nieqsa.