Lokali

Jitneħħew il-ħlasijiet relatati mal-ġbir pubbliku u l-ħwienet tal-karità

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji ħabbar li l-miżata ta’ €40 li Organizzazzjonijiet Volontarji riedu jħallsu għal attivatijiet ta’ Ġbir Pubbliku u biex ikunu reġistrati l-Ħwienet tal-Karità skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarji 492.03 u 492.04 ġiet imneħħija kompletament.

Wara diskussjonijiet mad-Direttur ikkonċernat fi ħdan l-Uffiċċju u l-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, il-Kummissarju iddeċieda li din il-miżata titneħħa biex ikunu assistiti aħjar l-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li diġà ħalsu din il-kontribuzzjoni se tkun qed terġa’ titħallas lilhom. L-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-Ħwienet tal-Karità se jħallsu miżata ta’ €1 għal kull bott tal-karità li jkollhom. Din il-kontribuzzjoni se tkun qed terġa’ tingħata lura appena l-bottijiet jirritornaw
għand l-Uffiċċju.

It-tariffa l-oħra tkun miżata żgħira Amministrattiva għall-ħruġ tat-tags għall-amministraturi, peress li dawn ma jistgħux jerġgħu jintużaw.

Id-dokumenti neċessarji biex ikunu r-reġistrati attivatijiet ta’ ġbir pubbliku se jibqgħu fis-seħħ skont kif inhu mitlub fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 492.03