Futbol Sport

L-eks President ta’ Marseille Bernard Tapie attakkat f’serqa fid-dar tiegħu

(Ritratt: EPA)

L-eks President ta’ Marseille Bernard Tapie kien attakkat fid-dar tiegħu wara serqa vjolenti mid-dar tiegħu f’Pariġi kmieni l-Ħadd filogħdu.

Rapporti internazzjonali qalu li Tapie ta’ 78 sena kien rieqed meta l-ħallelin daħlu fid-dar tiegħu għal ħabta ta’ nofsillejl. Tapie flimkien mal-mara tiegħu kienu marbuta u sfurzati mill-ħallelin jgħidu fejn kienu jżommu l-ġojjelli u oġġetti oħra ta’ valur.

Jidher li kemm Tapie kif ukoll l-mara tiegħu sofrew xi ġrieħi waqt is-serqa, bil-mara ta’ Tapie tiddaħħal l-isptar għall-kura. Huma kienu wkoll allegatament mhedda li jinqatlu mill-aggressuri. Il-President Franċiż Emmanuel Macro qal li qed joffri l-għajnuna kollha tiegħu lil Tapie u martu.

Tapie kien President ta’ Marseille bejn l-1986 u l-1995, f’prejodu fejn Marseille rebħu erba’ darbiet il-kampjonat Franċiż u kif ukoll ic-Champions League. Fl-1995, Tapie kien involut fi skandlu ta’ korruzjoni u frodi fil-logħob tal-futbol u kien instab ħati ta’ dawn l-akkużi fejn kien weħel ħames xhur ħabs u kien tneħħielu d-dritt li jivvota f’kull elezzjoni fi Franza.