Lokali Qorti

Libertà proviżorja fuq allegat traffikar ta’ 21 kilo kannabis

Anthony Delia ta’ 47 sena, mill-Isla li għaddej proċeduri fuq allegat traffikar ta’ 21 kilo kannabis fost droga oħra ingħata l-libertà proviżorja mill-Imħallef Giovanni Grixti. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-pleġġ magħmula mill-Avukati Franco Debono,Michael Sciriha u Ryan Ellul.

Delia kien fost erbgħa rġiel li kienu arrestati, u t-tlieta li tressqu l-Qorti mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabu fridge u chest freezer, li fihom kien hemm xejn inqas minn 21 kilogramma kannabis, f’vann fil-Floriana. Il-valur fit-triq li kieku d-droga nbiegħet tlaħħaq l-€420,000.

Fil-kumpilazzjoni kien ġie allegat li Delia kien jieħu €500 kull darba li jagħmel vjaġġ b’vann bid-droga fejn din llegatament kienet qed tiġi trasportata minn post għal ieħor. Dan wara li kienet tiġi mportata minn Sqallin. Meta Delia ġie arrestat huwa qal lill-Pulizija li kien għamel madwar ħames vjaġġi.

Flimkien ma’ Delia, iżda b’mod separat kienu tressqu Giuseppe Schepis ta’ 29 sena minn Messina u Rosario Posata ta’ 32 sena minn Sirkakuża, t-tnejn residenti San Pawl il-Baħar. Huma qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom.

Il-Malti u l-Isqallin qegħdin jiġu mixlijin b’assoċjazzjoni u importazzjoni u pussess tad-droga kannabis. Huma qed jiġu akkużati bil-pussess tad-droga kokaina.

L-Ispettur Mark Anthony Mercieca, kien qal fil-Qorti li Rosario Posata kien osservat idur permezz ta’ vann Peugeot fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra, fejn hemm mar f’garaxx. Il-Pulizija kontinwament kompliet isegwi l-movimenti tiegħu u aktar tard ta’ persuni oħra.

L-Ispettur kien qal li s-sorveljenza fuq il-vann bdiet fl-1 ta’ Frar li għadda u li dan kien jidher jiċċaqlaq ħafna u anke jmur f’diversi lokalitajiet fosthom Bulebel u Ħal Tarxien.

Delia kien jirkeb fil-vann u jmur fuq is-seat biex isuq hu, filwaqt li persuna oħra kienet tispiċċa fuq is-seat tal-passiġġier. Għand l-akkużat ma nstabitx droga. Ħareġ ukoll li Delia kkopera ħafna fl-ewwel stqarrija li ta lill-Pulizija.

Delia kien imur jiltaqa’ mal-akkużati l-oħra fil-post fejn kien ikun il-vann imma mbagħad wara, u dan skont x’qalilhom l-istess Delia, kien jitwaqqaf ħdejn bus stop u jmur id-dar b’tal-linja.

F’garaxx fejn kien jitħalla l-vann instabu diversi appliances oħra li kienu jinkludu fridges u chest freezers u kien hemm ukoll imwaħħal l-isem ta’ Delia u numru tal-mobile tiegħu. Skont l-Ispettur Mercieca l-akkużat ikkopera mal-Pulizija.

Is-Surġent Anton Micallef kien qal fil-Qorti li ngħata struzzjonijiet biex ikun osservat vann li kien f’San Pawl San Pawl il-Baħar, u li kien qed idur fil-vojt fi Triq it-Tamar il-Qawra. Tenna li fl-1 ta’ Frar dan kien qed jiġi misruq fl-inħawi ta’ Raħal Ġdid fejn għadda minn Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u spiċċa faċċata ta’ Bulebel.

Minnu niżel Rosario Posata u ċertu Anthony Delia, fejn dan rikeb u qabad is-suq b’ċertà veloċitu fid-direzzjoni tal-Floriana stores fejn Spencer Hill.
Hemmhekk steneww u raw xi xogħol qed jitgħabba.

Dan ix-xogħol ikun fuq palletti f’maħżen ta’ ċertu Ivan Hammett, burdnar li jinsab fix-xogħol ta’ importazzjoni ta’ oġġetti minn Sqallija. Kien hawn li l-Pulizija marru fuq Delia u l-Isqalli jitgħabba xi xogħol u marru fuqhom, waqqaf lil Delia u tfittixja.

Hemm ittieħed mobile phone u malli neħħew is-siġill ta’ waħda kaxxi sabu boroż imdaqqsin b’dik maħsuba li kienet droga.Matul il-lejl kienet saret tfitxxija fejn joqgħod Giuseppe Schepis u fil-garaxx fejn hemm insabet aktar droga u kaxxa fil-kannabis u anke droga f’cooker u kien hemm ukoll appliances bil-kliem Delia u tyers ġodda fijamanti.

Membri tal-Korp tal-Pulzija oħra qalu wkoll li sabu miżien li jintuża għad-droga fit-tfitrxijet li għamlu u li l-ordni li kellhom mis-superjuri tagħhom kienet li jibdew isegwu l-vann inkwistjoni fid-29 ta’ Jannar, kif fil-fatt ġara.

Id-difiża qalet li Delia għandu wkoll rabtiet fil-kommunità sodi ħafna, b’impieg fiss u lest li joqgħod għall-ordnijiet kollha, li tagħti l-Qorti u li l-akkużat qiegħed f’pożizzjoni li joqgħod għal dak kollu li tordna l-Qorti, f’każ fejn żgur ma hemm l-ebda kontamizzjoni tal-provi, anke għax issa ix-xhieda mportati hija preservata.

Il-Qorti Kriminali laqgħet it-talba fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000 li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Bormla tliet darbiet fil-ġimgħa u li ma jkun barra d-dar bejn l-10.00pm u s-7.00am.