Kurżitajiet Lokali

“Mintoff riedni noħroġ mal-Lejbor, kien bagħat in-nies għalija” – Lawrence Gatt illejla fi PROFILI

Illejla tul il-programm PROFILI se jkollna lill-eks Ministru Lawrence Gatt, fejn jirrakonta mhux ftit dwar il-ħidma tiegħu fil-politika, is-snin ta’ tensjoni tas-snin 70 u 80, iżda fost il-ħafna li se joħroġ minn fommu, il-Perit Gatt se jgħidilna dwar kif darba Mintoff bagħat in-nies għalih.

“Bagħat in-nies għalija, qatt ma ġew imma, u wara skoprejt li Mintoff bagħthom għax riedni noħroġ mal-Lejbor”

Huwa se jgħidilna x’relazzjoni kellu ma’ Ġorġ Borg Olivier u kif ukoll anki ma’ Eddie Fenech Adami.

Meta saqsejnih dwar kif iħosshom il-partitarji Laburista b’dak li kien qed jiġri fis-snin ta’ tensjoni huwa qalilna li ħafna kienu ddispjaċuti b’dak li qed jiġri.

“Ngħidlek anki l-Laburisti ġenwini kienu mdejqin [bis-sitwazzjoni], aħseb u ara aħna”

L-intervista ta’ James Aaron Ellul flimkien mal-eks Ministru Lawrence Gatt se tixxandar illejla fid-8.45pm fuq NET TV.