Il-vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 399, hekk kif fl-aħħar sigħat raġel ta’ 55 sena miet kaġun tal-Covid-19, huwa miet fl-isptar Mater Dei.
Bejn Jum il-Għid u t-Tnejn instabu 56 każ ġdid tal-virus, bil-każijiet attivi issa huma 531. Aħbar pożittiva hi li fl-aħħar sigħat fiequ 73 persuna. L-iswab tests fl-aħħar 24 siegħa niżlu taħt l-elfejn.
Minn Marzu tal-2020 ‘l hawn sa issa kellna total ta’ 29,279 każ tal-Covid, bil-bl-ammont ta’ persuni li fiequ mill-virus huwa dak ta’ 28,349.
Sal-Ħadd ingħataw 215,700 doża tal-vaċċin, b’59,032 minn dan l-ammont jingħataw it-tieni doża.
X’qal Chris Fearne lbieraħ?
Intant il-Ħadd id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fuq l-istazzjon Laburista qal li dalwaqt se jibdew jitnaqqsu l-miżuri li ddaħħlu fl-aħħar ġimgħat u li se tinfetaħ l-ekonomija għat-turisti mlaqqmin.
Huwa tenna li fis-sajf pajjiżna se jkun l-aktar pajjiż sigur fl-Ewropa u wieħed mill-aktar pajjiżi siguri fid-dinja.