Kull persuna li tgħix fl-Ingliterra se tkun offruta żewġ rapid tests fil-ġimgħa bħala miżura oħra li qiegħed jieħu l-Gvern Brittaniku biex irażżan il-firxa tal-Covid-19.
L-awtoritajiet tas-saħħa fir-Renju Unit qed jagħmlu dan biex jipprevjenu milli jerġgħu jitilgħu l-każi tal-virus hekk kif qed jintreħew il-miżuri tal-lockdown.
Dawn it-testijiet li se jingħataw se jibdew jagħtu r-riżultat f’madwar nofsiegħa u se jkunu disponibbli f’diversi postijiet fosthom f’għadd ta’ testing centres u spiżeriji. F’xi bnadi dawn it-testijiet se jkunu qed jitwasslu anki permezz tal-posta.
Il-PM Brittaniku Boris Johnson fl-aħħar jiem qal li mit-12 ta’ April mistennija jerġgħu jiftħu l-ħwienet non-essenzjali, bil-proċess tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet jissokta kif pjanat.
Mil-lum fl-Iskozja, bdew jiftħu l-ħwienet mhux essenzjali bħall-barbiera u ħwienet tax-xagħar u kif ukoll ħwienet tal-pjanti, tal-karozzi u kif ukoll tal-fajjenza.
//= $special ?>