Futbol Sport

Rebecca Welch issir l-ewwel referee mara fl-EFL

(Ritratt: EPA)

Rebecca Welch kitbet l-istorja hekk kif saret l-ewwel referee mar li kkontrollat partita mill-English Football League, f’partita minn League Two bejn Harrogate u Port Vale, partita li ntemmet f’rebħa għal Port Vale ta’ 2-0.

Welch kellha kontrolla mill-aqwa fil-partita fejn uriet żewġ karti sofor tul id-90 minuta, waħda għal kull tim. Fi tmiem il-partita ż-żewġ coaches tat-timijiet rispettivi faħħru l-mod ta’ kif Welch ikkontrollat il-partita u li jittamaw li Welch isservi ta’ ispirazzjoni għal aktar nisa.