Waqt li kien il-Libja, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jerġgħu jibdew it-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi filwaqt li ħabbar li l-ambaxxata ta’ Malta fil-Libja se terġa’ tiftaħ.
Robert Abela ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi Tripli, li kienet indirizzata mill-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibah. Dan tal-aħħar intgħażel fl-aħħar jiem biex imexxi l-pajjiż sal-elezzjonijiet ta’ Diċembru. Hu qal li jittama li r-rabtiet ma’ Malta jissaħħu.
//= $special ?>