Lokali Qorti

Sqalli jinżamm arrestat wara ‘hold-up’ f’ħanut fuq anzjan nhar il-Ġimgħa l-Kbira

Raġel li ammetta li seraq sid ta’ ħanut anzjan minn ammont żgħir ta’ flus kontanti waqt ‘hold-up’ armat nhar il-Ġimgħa l-Kbira nżamm taħt arrest preventiv.

Rosario Costa, Sqalli ta’ 38 sena residenti Marsaskala, inqabad mill-pulizija permezz ta’ filmati miġbuda minn sistema ta’ CCTV installata fil-maħżen ta’ ‘self-service’ f’Marsaskala stess.

Fil-ħanut kien hemm anzjan ta’ 70 sena. li ftit għamel reżistenza meta Costa żammu b’s-sikkina ppuntatat lejn u dan għal-ħabta tat-8.00 pm. Il-vittma ndarab fi ġlieda li segwiet u l-ġrieħi tiegħu aktar tard ġew iċċertifikati bħala gravi minn tabib fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid.

Is-suspettat ħalliel spiċċa l-Qorti u ammetta l-akkużi ta’ serq aggravat, li żamm lill-vittma kontra r-rieda tiegħu, li weġġgħu gravament, li kien fil- pussess ta’ sikkina bla liċenzja u li sar reċidiv.

Fid-dawl tal-fatt li r-raġel ammetta l-akkużi, l-qorti laqgħet talba mill-avukat difensur Noel Bianco għal rapport ta’ qabel is-sentenza (pre-sentencing report).

Il-qorti, preseduta mill-maġistrat Claire Stafrace Zammit, żammet lill-akkużat arrestat. Ma kien hemm l-ebda talba għal pleġġ. L-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Darren Buhagiar mexxew il-Prosekuzzjoni.