L-attakkant ta’ Milan Zlatan Ibrahimovic jinsab viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb tas-Serie A, bil-firma tal-attakkant Żvediż mistennija tasal fi żmien bejn seba’ u għaxar t’ijiem.
Fil-preżent, Milan jinsabu għaddejin minn mument negattiv hekk kif Inter fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fil-quċċata tal-klassifika. Ibrahimovic issieħeb ma’ Milan f’Jannar tas-sena li għaddiet wara li temm l-esperjenza tiegħu fl-Istati Uniti ma’ La Galaxy.
Ibrahimovic kien strumentali fil-bidu impressjonanti li Milan kellhom f’dan l-istaġun fejn kienu fil-quċċata tal-klassifika għal bosta ġimgħa. F’34 partita li lagħab ma’ Milan, hu skorja 25 gowl, bil-forma tiegħu mar-Rossoneri twasslu biex jerġa jilgħab mat-tim nazzjonali tal-Iżvezja fejn wara li kien irtira fl-2016 u rritorna fl-aħħar waqfa internazzjonali.
//= $special ?>