Sport Sport Ieħor

125 sena mill-ewwel Olimpjadi

Illum jitfakkar il-125 anniversarju mill-ewwel Olimpjadi li saru fis-6 ta’ April tal-1896 f’Ateni l-Greċja.

Dawn kienu l-ewwel Olimpjadi fl-istroja moderna organizzati mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li kien twaqqaf minn Pierre de Coubertin. Dawn l-Olimpjadi kienu saru bejn is-6 u l-15 ta’ April.

Erbatax-il pajjiż kienu u 241 atleta kienu ipparteċipaw, bil-parteċipanti kollha kienu mill-Ewropa minn barra t-tim tal-Istati Uniti. Ir-rebbieħa kienu ngħataw il-midalja tal-fidda filwaqt li dawk li temmew it-tieni post ngħataw il-midalja tar-ram. Għaxar mill-erbatax il-pajjiż li pparteċipaw kienu rebħu l-midalji, bl-Istati Uniti jirbħu l-aktar midalji filwaqt li l-Greċja rebħu l-aktar midalji overall.

L-Olimpjadi saru f’seba’ stadja differenti, bil-Panathenaic Stadium, jkun l-istadium prinċipali fejn ospitaw erba’ mid-disa’ dixxiplini sportivi li kkompetew. Erba’ mis-sitt stadja li ntużaw fl-ewwel Olimpjadi kienu użati għal darb’oħra fl-Olimpjadi tal-2004 li saru fil-Greċja.

L-ewwel Olimpjadi kienu kkunsidrati bħala suċċess hekk kif kellhom l-akbar parteċipazzjoni internazzjonali sa dakinhar. Il-Panathenaic Stadium kellu l-akbar attendenza, b’Coubertin u r-Re George tal-Greċja jibdew għadd ta’ petizzjonijiet biex il-Logħob ta’ wara jinżammu wkoll fil-Greċja.