Wara l-kritika qawwija li għamel dwar il-proġett li jrid jieħu art tal-bdiewa fl-Imrieħel, l-eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant reġa’ taha għal Facebook biex jattakka l-proġetti tal-Ministru Ian Borg.
F’post li għamel ftit tal-ħin ilu, Sant kiteb dwar it-traffiku qawwi li qed jinġema’ fit-toroq f’xi ħinijiet, u ta ezempju ta’ kif biex wieħed jasal minn B’Kara sal-Birgu ddum sejjer kważi siegħa.
L-eks Mexxej Laburista kiteb li kien mingħalih li t-toroq imwessgħa se jfissru li ma ndumux imblukkati fihom, mentri mhux hekk.
Intnat jidher li l-kumment ta’ Alfred Sant ma niżilx tajjeb wisq ma’ kulħadd. Jason Micallef, Chairman tal-Media Laburista u tal-Valletta Cultural Agency ikkummenta fuq il-post ta’ Sant u ddefenda l-proġetti li qal li għad iridu jitlestew.
//= $special ?>