Futbol Sport

Bejn illejla u għada jintlagħbu l-kwartifinali

Bejn illejla u għada jibdew jintlagħbu l-kwartifinali tal-UEFA Champions League fejn jispikkaw għadd ta’ partiti.

Illejla, Real Madrid jilgħabu kontra Liverpool f’Estadio Alfredo Di Stefano. Dan se jkun l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet sa mill-finali tal-istess kompetizzjoni fl-2018 fejn Real Madrid kienu ħarġu rebbieħa 3-1.

Illejla wkoll, Manchester City jilgħabu kontra Borussia Dortmund, bit-tim imexxi minn Pep Guardiola bħalissa għaddej minn mument pożittiv fil-kampjonat Premier League u rnexxielhom jirbħu 10 minn 11-il partita kontra timijiet Ġermaniżi.

Għada, tnejn mit-timjiet meqjusha bħala favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni dan l-istaġun, Bayern Munich u PSG jilgħabu kontra xulxin. Din se tkun l-għaxar partita bejn iż-żewġ timijiet fil-UEFA Champions League fejn Bayern Munich irnexxielhom jirbħu erba’ partiti filwaqt li PSG rebħu ħames partiti.

Fir-Ramon Sanchez Pizjuan Stadium, Porto jilgħabu kontra Chelsea, bit-tim mill-Ingilterra għandu rekord pożittiv ferm kontra timijiet Portugiżi fejn irnexxielhom jirbħu 75% tal-partiti.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: Real Madrid v Liverpool 9.00pm, Man City v B. Dortmund 9.00pm Għada: B. Munich v PSG 9.00pm, Porto v Chelsea 9.00pm