Sidien ta’ ristoranti u barijiet, sidien ta’ hwienet tal-ħwejjeġ, taż-żraben, tal-isports, tal-fjuri, u bosta oħrajn sal-lum għadhom fil-għama dwar jekk hux se jkunu jistgħu jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom fi ftit tal-jiem oħra.
Wara li xahar ilu l-Gvern ħabbar miżuri ġodda li permezz tagħhom reġa’ għalaq lil dawn l-istabbilimenti kollha, nhar il-Ħadd jiskadi t-terminu ta’ dawn il-miżuri.
Madankollu, sa issa, dawk kollha li jaħdmu f’dawn l-oqsma għadhom qed jistennew bil-ħniena li jingħataw konferma dwar x’se jiġri minn nhar it-Tnejn.
Izda minkejja dan, s’issa l-ebda indikazzjoni.
Fost dawk li jinsabu nkwetati ferm hemm ħafna hairdressers, beauticians u nail technicians li ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu bl-appuntamenti tal-klijenti tagħhom. Tant li dan wassal biex l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Moda baghtet email lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika sabiex dawn ikunu avżati x’se jkun qed jiġri mill-aktar fis possibbli.
Fl-email il-President tal-Assoċjazzjoni Adrian J Mizzi jappella lill-awtoritajiet sabiex ikun apprezzat il-fatt li dawk li jmexxu dawn l-istabbilimenti jeħtieġu jippjanaw minn qabel, u talab biex jekk diġà ttieħdet deċiżjoni dwarhom din tingħadda lilhom minnufih, u mhux ikollhom joqgħodu jinstennew konferenza tal-aħbarijiet biex ikunu jafu x’se jiġri minnhom.
//= $special ?>