Sport Sport Ieħor

Il-Giro d’Italia se jsir kif pjanat

Kollox jindika li minkejja restrizzjonijiet minħabba l-pandemija tal-coronavirus l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Giro d’Italia ser tibda kif ipprogrammat. L-ewwel prova għandha tkun fit-8 ta’ Mejju f’Turin bl-aħħar ġurnata tal-Giro tkun fit-30 ta’ Mejju. Il-favorit ewlieni jibqa Egan Bernal ta’ Ineos Grenadiers bl-akbar sfida għandha tkun minn Simon Yates ta’ Team Bike Exchange bit-tama li jmur aħjar f’kompetizzjoni li f’mumenti kienet ta’ diżappunt għal Yates.

Il-Belġjan Remco Evenepoel li ingħata kuntratt ta’ ħames snin minn Deceuninck–QuickStep minkejja li l-mira tiegħu jibqa’ l-flokk roża tal-Giro, it-tim qed iżomm iċ-ċansijiet tiegħu fuq profil baxx . Evenepoel kien weġġa f’Awissu li għadda fil-Giro della Lombardia. Mal-grupp tal-favoriti jibqgħu Emanuel Buchmann ta’ Bora-hansgrohe u Vincenzo Nibali ta’ Trek–Segafredo – l-uniku rebbieħ tal-Giro fil-lista tal-favoriti. Fatt kurjuż li r-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni Tao Geohegan Hart mhux ser jikkompeti wara li Team Ineos iddeċidew li għandu jikkonċentra fuq it Tour de France flimkien ma’ Geraint Thomas u r-rebbieħ tal-2019 Richard Carapaz.