Il-Korea ta’ Fuq ħabbru li mhux se jkunu qed jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokjo li se jsiru fis-sajf li ġej. Din id-deċiżjoni ttieħdet biex l-atleti jkunu protetti mill-COVID-19.
L-istat ta’ Pyongyang qal li bħalissa m’hemm l-ebda każ ta’ coronavirus, bl-esperti tas-saħħa jgħidu li dan huwa diffiċli. Din l-aħbar twaqqaf għal kollox it-tamiet li b’xi mod titjieb ir-relazzjoni mal-Korea t’Isfel hekk kif fl-2018 iż-żewġ pajjiżi kkompetew flimkien fl-Olimpjadi tax-xitwa.
Il-Korea ta’ Fuq huwa l-ewwel pajjiż li ħabbar li mhux se jikkompeti fl-Olimpjadi tas-sajf li ġej bl-Olimpjadi mistennija jibdew fit-23 ta’ Lulju.
//= $special ?>