Din il-ġimgħa l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, se jissokta bil-ħidma tiegħu fuq il-każ tal-Ministru Justyne Caruana – każ serju fejn persuna qrib ferm tal-Ministru tal-Edukazzjoni ingħata kuntratt ta’ €15,000 illi ħoloq rabja enormi fost l-għalliema, u anke fost dawk l-aktar qrib ta’ Justyne Caruana.
Kien biss wara l-kritika qawwija tal-għalliema, u wara li l-każ ġie żvelat fil-media, illi l-kuntratt li tat Justyne Caruana twaqqaf. Għalkemm s’issa, ħadd għadu ma refa’ responsabbilta’ politika għal dak li sar.
Dan il-job kien ħoloq rabja kbira fost l-edukaturi, b’mod partikolari fost dawk li jispeċjalizzaw fit-tagħlim tal-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport wara l-aħbar li ex-plejer internazzjonali tal-futbol, Daniel Bogdanovic, ingħata kuntratt ta’ €15,000 għal tliet xhur xogħol, mingħajr ma ħadd ma jaf kif l-ingaġġ se jwassal għal titjib tal-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel.
Net News jinsab infurmat li l-Kummissarju Hyzler għandu quddiemu testimonjanzi ta’ nies kif ukoll informazzjoni dettalajat li se jkun qed janalizza fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>