Lokali

Il-Prim Ministru jgħid li “qed jiddejjaq bl-Oppożizzjoni”

Il-Prim Ministru Robert Abela, li f’din il-kariga jirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, uża r-radju tal-Partit Laburista biex jaġġorna lin-nazzjon fuq l-ahhar zviluppi relatati mal-pandemija.

Dan hekk kif it-Tlieta filgħodu Abela insista li pajjiżna għandu jipprepara ruħu għal Sajf ta’ turiżmu ..filwaqt illi saħaq li dak li qed ngħixu illum huwa frott ta’ deċiżjonijiet strateġiċi. Minghajr ma fakkar fil-messaġġi li kien għadda lin-nazzjon Lejlet l-Ewwel tas-Sena.

Fuq ir-Radju Laburista, il-Prim Ministru ta x’jifhem li wara l-11 ta’ April, l-iskejjel se jkunu qed jinfethu.

Bosta saħqu li din l-intervista kienet konferma oħra li l-Prim Ministru Robert Abela għadu ma rrealizzax li fil-kariga tiegħu qiegħed jirrappreżenta lil poplu kollu u mhux lil partitarji Laburisti biss ….u suġġetti bhall-Covid kellhom l-ewwel jiġu indirizzati b’mod għal kollox differenti.

Dan anke fl-ambitu tal-fatt li Abela tratta wkoll temi ohra ta’ interess nazzjonali bhalma huma l-White Paper tal-Kannabis u z-zjara ricenti li kellu fil-Libja. Intant, matul din l-intervista, il-Mexxej Laburista sostna li qed jiddejjaq mill-Oppożizzjoni – u nfexx f’attakk partiġġjan fuq il-PN meta l-Ewropa kollha mixgħulha b’allegazzjoni, waħda wara l-oħra ħerġin mill-kuriduri ta’ Kastilja.