Coronavirus Lokali Saħħa

L-ebda mewta rreġistrata fl-aħħar 24 siegħa – 64 każ ġdid

Huma 64 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 29,343.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn it-Tnejn u t-Tlieta fortunatament ma ġiet irreġistrata l-ebda fatalità. S’issa l-jiem fejn fihom ma ġew irreġistrati l-ebda mwiet kawża tal-virus tul l-2021 s’issa jammontaw għal tminnt ijiem, bl-aħħar waħda tkun madwar xahar ilu.

Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna għadhom qed jammontaw għal 399.

Intant fl-aħħar 24 siegħa skont il-Ministeru tas-Saħħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 67 persuna bit-total ikun dak ta’ 28,416.

B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 528.

Sat-Tnejn, it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 60,096.