Jekk tirċievi SMS li jkun jidher li qed jintbgħat mill-MaltaPost fejn jindikalek biex tehmeż link sabiex tirranġa dwar posta li tkun qiegħed tistenna…importanti li tinjora u tħassar il-messaġġ immedjatament.
Dan huwa l-avviż tal-MaltaPost hekk kif ġie spjegat li xi persuni qed jibgħatu messaġġi fażulli lill-konsumaturi bil-għan li jingannawhom u jisiltulhom id-dettalji bankarji tagħhom.
Fil-messaġġ qed jingħad li kien hemm xi problemi bil-posta dwar pakkett partikolari u jkun hemm bżonn li wieħed jibgħat id-dettalji bankarji tiegħu minħabba xi ħlas ta’ dazju.
Fl-avviż ġie spjegat li fil-link, il-konsumatur jintbgħat f’website fażulla tal-MaltaPost.
MaltaPost spjegat li hija ma tikkomunikax mal-konsumaturi permezz ta’ SMS u insistiet li dawn il-messaġġi huma fażulli.
Għaldaqstant il-kumpanija diġà informat lill-Pulizija dwar dan il-każ ta’ frodi.
//= $special ?>