Lokali

“Nitlob apoloġija lil min ħassu offiż… imma jien għandi l-prinċipji” – Lynne Faure Chircop

“Inħossni ddiżappuntata mmens wara laqgħa li kelli mal-Prim Ministru. Ridt nurih li l-intenzjonijiet tiegħi kienu tajbin, u ridt nitlaq bil-kwiet biex nagħmel spazju għal ħaddieħor”.

Hekk bdiet il-messaġġ tagħha l-avukat Lynn Faure Chircop, f’video qasir li tellgħet kmieni dalgħodu fejn qalet li ħasset li kellha tesprimi d-dieqa u d-dizappunt tagħha wara laqgħa li kellha mal-Prim Ministru Robert Abela.

Faure Chircop saħqet li hi għandha prinċipji, ilwaqt li għamlet apoloġija lil dawk kollha li setgħu ħassewhom offizi bid-deċiżjoni tagħha.

“NEMMEN LI GĦANDI L-ISTESS PRINĊIPJI BĦAL ĦAFNA NIES U  MA RRIDX INWEĠĠA’ S-SENTIMENTI TA’ ĦADD . JIDDISPJAĊINI U NAGĦMEL APOLOĠIJA LIL DAWK LI ĦASSEWHOM OFFIŻI GĦALIEX JIENA TLAQT

Minbarra din l-apoloġija, Chircop qalet ukoll li kienet ilha aktar minn 9 xhur tisħaq fuq kwestjonijiet li kienu qed iħassbuha, iżda għal xi raġuni dawn l-affarijiet ma kienux importanti biżżejjed għal Robert Abela.

Mhux magħruf għaliex Abela sejjaħ lil Lynn Faure Chircop għal laqgħa ġimgħatejn wara li kienet irtirat formalment il-kandidatura tagħha minn mal-Partit Laburista.

Faure Chircop ikkundannat ukoll  il-mod kif qed jixxerred għidut li hi kienet qed tiġri wara xi kariga – xi ħaġa li ċaħdet kategorikament filwaqt li qalet li kienet iddispjaċuta ferm għall-mod kif il-Prim Ministru spiċċa jkeċċi lilha u lil żewġa ‘l barra minn laqgħa li fuq kollox kien sejjaħ hu stess.

Ikkummenta