Coronavirus Lokali Saħħa

PROĊESS TAT-TILQIM: Persuni jintbagħtu lura d-dar u mitluba jerġgħu imorru l-klinika waranofsinhar

Matul il-jum tat-Tlieta Netnews.com.mt irċieva numru ta’ lmenti minn persuni li kellhom l-appuntament biex jirċievu t-tilqima tagħhom f’Bormla filgħodu li ntalbu jmorru lura d-dar u jerġgħu imorru waranofsinhar.

Peruni li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li huma kellhom appuntament filgħodu iżda ftit wara l-wasla tagħhom ġew infurmati li l-vaċċin ma kienx wasal u ntalbu jmorru d-dar biex imbagħad jirritornaw wara s-1.00pm.

Uħud minn dawk li tkellmu magħna kienu minn positijiet diversi madwar Malta.

Meta dawn marru lura waranofsinhar, inġabru ħafna nies f’daqqa.

Minn informazzjoni li għandu Net News sitwazzjoni simili żviluppat ukoll f’postijiet oħra inkluż il-Gżira, il-Ħamrun u l-Furjana.