Futbol Sport

Chelsea b’vantaġġ ta’ żewġ gowls għat-tieni leg kontra Porto

Chelsea kisbu rebħa missielta ta’ 2-0 kontra Porto f’Sevilla biex b’hekk se jieħdu vantaġġ ta’ żewġ gowls magħhom għal partita ta’ ritorn il-ġimgħa d-dieħla. Chelsea marru fil-vantaġġ fit-32 minuta permezz ta’ MASON MOUNT, meta minn pass ta’ Jorginho, Mount qabeż tajjeb lid-difensur ta’ Porto u ikkonkluda għal ġewwa għal 1-0. Fl-64 minuta Chelsea kienu viċin li jirdoppjaw meta minn cross ta’ Reece James kien Cesar Azpilicueta li d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet ftit barra mil-lasti ta’ Porto. Chelsea finalment iroppjaw fil-85 minuta permezz tad-difensur laterali Ben Chilwell li tefa’ ġewwa mill-viċin għal 2-0.

Iż-żewġ partiti bejn dawn iż-żewġ timijiet se jintlagħbu f’Sevilla minħabba restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija tal-Covid 19.