Lokali

Epic tniedi proġett ta’ mmodernizzar tal-mobile network inkluż it-tqassim tal-5G f’Malta

Il-programm ta’ investiment ta’ Epic f’Malta laħaq stadju ġdid: il-kumpanija qed tħabbar it-tnedija ta’ mmodernizzar nazzjonali tal-mobile network tagħha permezz ta’ investiment ta’ aktar minn €40 miljun.

Dan mhux se jara biss it-tkabbir u t-tisħiħ tal-mobile network ta’ Epic, iżda se jwitti t-triq biex il-kumpanija tibda tforni s-servizz tal-5G f’Malta. Epic iffirmat sħubija fit-tul ma’ Ericsson biex tipprovdi l-aqwa esperjenza tal-5G f’Malta. Dan kif il-kumpanija multinazzjonali Żvediża tat-telekomunikazzjoni ntgħażlet bħala l-fornitur tar-radio access network (RAN) għal Epic fejn jidħol il-proġett ta’ mmodernarizzar.

F’konformità mal-wegħda ta’ “Great network. Great Value” (netwerk mill-aqwa, valur mill-aqwa), Epic qed tinvesti f’infrastruttura tat- telekommunikazzjoni aktar moderna għal Malta, bis-sapport tax-shareholders tagħha, Monaco Telecom. In-netwerk ta’ Epic rebħet iċ-ċertifikati tal-Aqwa Netwerk u l-Aktar Netwerk Rakkomandata permezz ta’ surveys differenti, kemm mill-industrija, kif ukoll mill-konsumaturi. Dan il-proġett ta’ mmodernizzar se jgħin lill-kumpanija biex tkompli twassal il-wegħdiet tad-ditta tagħha.

“Qed ninvestu bis-sħiħ fuq il-wegħda tagħna ta’ netwerk mill-aqwa u valur mill-aqwa għall-konsumaturi f’Malta. L-għan tagħna huwa li nagħmlu qabża ta’ kwalità bin-netwerk rebbieħa tagħna, u nwassluha għall-pass li jmiss biex inkomplu nipprovdu l-aqwa netwerk f’Malta. Il-proġett ta’ mmodernizzar se jkun qed iwassal għal kopertura akbar u veloċità akbar, filwaqt li se jwassal biex il-klijenti tagħna jkollhom aċċess għall-5G. Ninsabu kuntenti ħafna li wara proċess rigoruż biex nagħżlu s-sieħeb teknoloġiku tagħna, qed naċċeleraw l-evoluzzjoni tan-netwerk biex nagħtu sehemna fil-futur diġitali ta’ Malta u ngħinu l-konsumaturi u n-negozji Maltin jilħqu l-massimu tal-potenzjal tagħhom,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ Epic, Tamas Banyai.

Din l-aħbar tal-proġett ta’ mmodernizzar tan-network ta’ Epic ġiet wara l-aħbar riċenti dwar is-sħubija ma’ Phoenix Tower International (PTI), li qed tgħin lil Epic taċċelera l-ħidma tagħha ta’ investiment fin-netwerk u s-servizzi diġitali. Il-proġett imħabbar illum bi sħubija ma’ Ericsson huwa parti integrali mill- pjan strateġiku.

L-investiment jafferma l-impenn ta’ Epic biex tkompli bl-irwol ċentrali tagħha fl-iżvilupp u t-tkabbir tal-infrastruttura ta’ Malta li se ssaħħaħ l-esperjenza diġitali tal-poplu, filwaqt li taċċelera t-tkabbir tal-ekonomija billi tipprovdi opprotunitajiet ġodda ta’ innovazzjoni u produttività għan-negozji.

Għal aktar informazzjoni, żur https://www.epic.com.mt/