Lokali

Iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor

Sen’oħra mingħajr il-Pellegrinaġġ ta’ San Girgor; tradizzjoni li tmur lura sekli sħaħ u li ssir l-Erbgħa ta’ fuq l-Għid il-Kbir. Iżda għal darb’ohra, din kienet ġurnata totalment differenti minn dak li tradizzjonalment imdorrijin bih.

Il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor inizzjalment kien sar b’wegħda … filwaqt li oħrajn jgħidu li sar bħala ringrazzjament. Waqt dan il-pellegrinaġġ li dari kien isir mill-Imdina saż-Żejtun, kien jieħdu sehem aktar minn 12-il parroċċa …..iżda fl-aħħar snin dan kien isir mill-Knisja ta’ San Klement fiż-Żejtun għall-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun stess.

Imbagħad wara din il-purċissjoni normalment in-nies kienu jinżlu Marsaxlokk għall-ewwel għawma tas-Sajf..

F’Marsaxlokk, propju f’Jum San Girgor, issoltu jkunu ghexieren dawk lijoħonqu x-Xatt biex igawdu din il-festa taħt ix-xemx tar-Rebbiegħa.

Sfortunatament, iċ-ċelebrazzjonijiet kollha b’rabta ma’ din il-festa thassru kollha…. għalkemm diversi indiviidwi xorta waħda ddeċidew li jerħula lejn Marsaxlokk sabiex jgħumu l-ewwel għawma tagħhom, filwaqt li jżommu mal-miżuri b’rabta mal-Covid-19.