Ambjent Lokali

Il-Gvern se jibda jqassam iż-żerriegħa

Kull dar f’Malta u Għawdex se tkun qiegħda tirċievi taħlita ta’ żrieragħ flimkien ma’ fuljett fuq kif wieħed għandu jiżra’ u jindokra dawn il-fjuri. Fil-fatt, se jkun il-Gvern direttament li jqassam din iż-żerriegħa.

Dan il-proġett tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia.

Inklużi fit-taħlita taż-żerriegħa tal-fjuri selvaġġi, hemm żrieragħ li joriġinaw minn erba’ speċi indiġeni tal-fjuri selvaġġi, jiġifieri il-Buttuniera (Sweet Alyssum), il-Peprin Aħmar (Red Corn Poppy), il-Kamomilla (Chamomile) u l-Fidloqqom (Borage).