Coronavirus Lokali Saħħa

Il-vittmi jilħqu l-400; 65 każ ġdid tal-Covid-19

L-ammont ta’ vittmi tal-Covid-19 tela’ għal 400. Il-vittma hija mara ta’ 78 sena li mietet waqt li kienet rikoverata fl-isptar Mater Dei.

Fl-aħħar sigħat instabu 65 każ ġdid tal-Covid-19 biex il-każijiet attivi telgħu għal 545, hekk kif bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kien hemm 47 persuna li fiequ mill-virus.

Il-Ministeru tas-saħħa qal minn Marzu tas-sena 2020 ‘l hawn kellna 29,408 każ. Minn dan l-ammont 28,463 fiequ mill-Covid-19.

L-ammont totali ta’ dożi li ngħataw s’issa huwa dak ta’ 223,020, filwaqt li 61,111 minn dan l-ammont ħadu t-tieni doża.