Futbol Sport

Imut l-eks attakkant ta’ Vittoriosa Stars, George Agius

Aktar kmieni illum, tħabbret il-mewt ta’ George Agius, eks attakkant ta’ Vittoriosa Stars.

Agius kien wieżħed mill-aqwa plejers li qatt lagħbu għall-klabb fis-snin 1970/80 fejn kien magħruf għal ħeffa u d-determinzajoni tiegħu fil-ground. Hu jibqa’ mfakkar ukoll għal gowl fil-finali tas-‘Sons of Malta Cup’ kontra Rabat Ajax fl-1970.

Fl-istaġun 1976/77 Agius lagħab tmintax-il darba fl-ewwel diviżjoni tal-futbol Malti, fejn skorja seba’ gowls fil-kampjonat , fosthom żewġ gowls kontra Valletta F.C. biex żammew posthom fl-ewwel diviżjoni.

It-taqsima tal-isport ta’ netnews tagħti l-kondoljanzi lill-familji u l-ħbieb ta’ George Agius.