Coronavirus Ekonomija Lokali Saħħa

“Ir-ristoranti għandhom jiftħu mill-iktar fis” – ACE

Fi stqarrija l-Assoċċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) saħqet li l-pjan għall-ftuħ mill-ġdid li tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela nesa li l-aktar element importanti huwa l-industrija tad-divertiment, speċifikament ir-Ristoranti minħabba wkoll il-fatt li huwa ċar li dawn qatt ma kienu s-sors ewlieni ta’ tixrid tal-coronavirus.

L-ACE qalet li jekk l-Awtoritajiet ma jkunux jistgħu jieħdu azzjoni fil-konfront tal-ftit li huma ‘kriminali’, huwa inġust li intraprendituri ġenwini, impjegati u l-familji tagħhom ġenwini ibatu għan-nuqqas ta’ responsabbiltà ta’ ħaddieħor.

Fiċ-ċirkostanzi, ACE titlob il-ftuħ mill-ġdid ta’ stabbilimenti tal-catering. Barra minn hekk, huwa importanti kif qal il-Prim Ministru, li l-vawċers jinħarġu immedjatament sabiex tingħata spinta lill-ekonomija u pajjiżna jilqa’ lill-istudenti f’pajjiż sikur.

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering temmen li se jkunu meħtieġa aktar miżuri sabiex l-ekonomija tkompli tirpilja. L-ACE tinsab għaddejja b’diskussjonijiet mal-Gvern sabiex tiġi żgurata sostenibbiltà fit-tul f’dan is-settur.