Futbol Sport

Kevin De Bruyne jġedded il-kuntratt ma’ Man City sal-2025

Il-Belġjan Kevin De Bruyne iffirma estensjoni tal-kuntratt tiegħu ma’ Manchester City sas-sena 2025.

De Bruyne iffirma ma’ Man City fl-istaġun tal-2015/16 fejn kiseb bosta suċċessi f’dan il-perjodu fosthom żewġ Premier Leagues, FA Cup u erba’ League Cups. Fost dawn rebaħ ukoll diversi unuri personali fosthom il-PFA Player of the Year fl-2020 u l-Premier League Player of the Year fl-istess staġun.

Matul il-karriera tiegħu ma’ Man City De Bruyne lagħab 255 partita fejn skorja 65 gowl u pprovda 105 assists.

De Bruyne kien strumentali wkoll fir-rebħa ta’ 2-1 li kellhom Man City lbieraħ fil-partita kontra Borussia Dormtund fil-kwarti finali tal-UEFA Champions League.