Coronavirus Lokali Saħħa

Kliem iebes minn Alfred Sant dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19

“Fil-program tal-vaċċin l-aktar li marru “ħażin” sa issa kienu dawk ta’ bejn is-70 u l-75 sena. Suppost li kellhom jingħataw data biex jitlaqqmu sa tarf il-ġimgħa l-oħra imma fl-aħħar minuta, din id-data ġġeddet sat-13 ta’ April.” – Kienet din id-dikjarazzjoni li għamel l-eks Mexxej Laburista, illum MEP tal-Labour, Alfred Sant meta permez ta’ post fuq Facebook tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19.

Alfred Sant saħaq li “in-nies ta’ din il-faxxa ta’ eta kienu nqabdu kexxun bejn liema tip ta’ vaċċin se jkunu jistgħu jieħdu.” Hu stqarr li issa dawn l-anzjani mistennija “jservu” billi jibqgħu jistennew għas-sejħa.

Intant, f’intervista li hu għamel waqt podcast l-eks Mexxej Laburista kellu kliem iebes fil-konfront tad-diskors ta’ esperti u mexxejja li skont Alfred Sant, qed jara kuntradizzjonijiet fihom.