Sport Sport Ieħor

“L-isforzi tagħna sabiex nsibu kompromess ġew injorati” – MOC

(Ritratt: Malta Olympic Committee)

Il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) inagħqdu ma’ diversi organizzazjonijiet sportivi oħra fejn urew id-diżappunt tagħhom, b’reazzjoni għal projbizzjoni li baqgħet fis-seħħ marbuta mal-isport f’Malta.

L-istqarrija tgħid li minkejja li l-kumitat kien f’komunikazzjoni mal-awtoritajiet sabiex jinstab kompromess ta’ kif l-aħjar li jiġi prattikat l-isport b’mod sigur, jidher li din il-komunikazzjoni ġiet injorata.

Il-Kumitat Olimpiku nnota li għalkemm kien hemm eżenzzjonijiet għal timijiet nazzjonali, diversi atleti oħra li kellhom il-kompetizzjonijiet ikkanċellati xorta waħda m’għandhomx aċċess għal faċilitajiet u l-kowċis tagħhom, sabiex jittrenjaw u jippreparaw għal kompetizzjonijiet futuri.

“Il-Kumitat Olimpiku jelenka l-fatt li sports organizzat mhux se jitħalla jsir minkejja li l-federazzjonijiet qed jiżguraw li dan isir f’ambjent sigur. Wieħed irid jiftakar li r-rata ta’ infezjoni mill-isports hija minima. “

Il-Kumitat Olimpiku ikkonkluda l-istqarrija tiegħu bi kwotazzjoni mill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach dwar l-impatt tal-isports fejn qal li,“L-isport huwa għodda li ma tiswix flus, iżda li għandha impatt qawwi fl-irkupru tal-pajjiżi minn din il-pandemija.”